Trejdunjonisti arrestati u spiċċaw il-ħabs minħabba meetings fit-toroq… Wara ftit jiem il-Pulizija ċedew

Bħal lum, 26 ta’ Marzu tas-sena 1915, il-Pulizija fil-belt ta’ Sioux arrestaw erbatax-il membru ta’ dak li kienet tissejjaħ ir-Revolutionary Industrial Workers of the World Union (IWW). Dan sar għax għamlu meetings fi-toroq. Dawn l-arresti saru bl-iskop li jdgħajfu it-tentativi biex din l-union tkompli tikber. Il-membri arrestati irrifjutaw li jikkoperaw kemm fil-qorti u anke l-ħabs.  Huma anke taw in-nar liċ-ċelel tagħhom. Dan wassal biex il-militantiżmu fit-toroq kompla jikber.  Kien ftit ġranet wara li l-Pulizija ċedew u aċċettaw il-libertà tal-kelma u l-espressjoni.

Share With: