Tnejn jindarbu gravi wara li nqalbu bil-vettura f’Buqana

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ 23:50 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq Buqana, r-Rabat.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena li jgħix San Pawl il-Baħar kien qed isuq Suzuki Samurai meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 17-il sena residenti s-Siġġiewi.

Tim mediku tal-ewwel għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei. Huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: