Tkompli l-enfasi fuq l-ittestjar … aktar fejqan minn każi ġodda fl-aħħar sigħat

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa, in-numru ta’ każi ġodda reġistrati ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 kien jammonta għal 175. Dan jirriżulta minn 3,871 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa. Fl-istess waqt kien hemm 216-il persuna li rkupraw mill-virus.

Il-każi attivi issa niżlu għal 2,678.

L-istatistika maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa tindika li sal-bieraħ ġew amministrati 79,624 doża tal-vaċċini kontra l-Covid-19, b’28,048 persuna jieħdu żewġ dożi.

Intant in-numru tal-persuni li mietu bil-Covid-19 f’pajjiżna tela’ għal 316, hekk kif fl-aħħar sigħat mietet anzjana ta’ 89 sena li kienet tinas rikoverata fl-Isptar San Tumas.

Share With: