Titħabbar il-mewt ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-età ta’ 94 sena

Tard illejla tħabbret l-aħbar li ħasdet lil bosta. Dan hekk kif ġie magħruf li kien ħalla din id-dinja Ġorġ Agius, magħruf bħala ‘tal-Mużew’.

Ġorġ jibqa’ mfakkar għat-taqbiliet li kien iħobb jgħaddi lill-pazjenti rikoverati fl-isptar. Huwa għamel snin twal jagħmel din l-opra ta’ karità ma’ persuni li jkunu għaddejjin minn tbatijiet fl-isptar u għalkemm ġieli kien hemm min prova jwaqqfu, kien jiġbed l-attenzjoni ta’ dawk preżenti li kienu kapaċi japprezzaw kliemu

Huwa miet it-Tnejn filgħaxija fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paule, fl-età ta’ 94 sena.

Share With: