Solvuti numru ta’ każijiet b’rabta ma’ ħruq ta’ vetturi

Aktar investigazzjonijiet intensivi mill-Arson Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri wasslu għall-suċċess ieħor fuq każ ta’ ħruq ta’ vetturi.

Il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri assistiti mill-Pulizija tad-Distrett waslu għall- arrest ta’ raġel ta’ 24 sena li jgħix Bormla wara li allegatament wettaq ħruq fuq vettura. Il-każ imur lura għas-16 ta’ Diċembru, 2020 fi Triq il-Vittorja, l-Isla.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-nofsiegħa (1230hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello.

Share With: