Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li jinqaleb bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb. L-inċident seħħ fi Triq Rue D’Argens, il-Gżira, għall-ħabta tal-10.15 a.m.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post fejn ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, Indjan ta’ 55 sena li jgħix is-Swieqi. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Share With: