Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku
Ilum, għall-ħabta tas-1:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li raġel Taljan ta’ 57 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq tal-għamla Keeway Logik u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u permezz t’ambulanza ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni,