Sewwieq ta’ karozza jitlef il-kontroll u jibqa’ dieħel f’ħajt
Illum, għal xi s-2:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fil-limiti tal-Iklin.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.
Flimkien mas-sewwieq kien hemm ukoll mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar, żagħżugħ ta’ 15-il sena u tifel ta’ 9 snin.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku u l-persuni kollha ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-passiġġieri kollha ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.