Rekord ta’ ttestjar fl-aħħar sigħat … Jingħataw aktar minn 100,000 doża tal-vaċċin

In-numru tal-każi attivi f’pajjiżna niżel għal 3,035 wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 390 persuna rapportati li rkupraw mill-virus. Fl-istess waqt minn 4,470 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa jirriżulta li kien hemm 248 każ ġdid ta’ Covid-19.

L-istatistika ppublikata mill-Ministeru għas-Saħħa tindika wkoll li sal-bieraħ ġew amministrati 101,776 doża tal-vaċċin, bi 34,181 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar sigħat anzjan ta’ 88 sena miet fir-residenza privata tiegħu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Share With: