Rekord ta’ każi ġodda bi 336 persuna jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew reġistrati numru rekord ta’ każi ġodda ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 wara li minn 3,572 swab test irriżultaw 336 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 80 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi issa telgħu għal 2,931.

Mill-istatistika maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta wkoll li sal-bieraħ ġew amministrati 81,883 doża tal-vaċċin, b’29,021 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Intant in-numru ta’ vittmi tela’ għal 319 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet pazjenti oħrajn. Mara ta’ 61 sena u raġel ta’ 41 sena mietu waqt li kienu qed jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei, b’anzjana ta’ 78 sena tmut fir-residenza tagħha.

Share With: