Rapporti li l-Koħħu lest jikxef il-mandant tal-qtil ta’ karozza bomba li seħħet fl-2016

Il-Pulizija lesta li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni dwar il-karozza bomba li seħħet lura fl-2016 f’Buġibba, li fiha nqatel in-negozjant John Camilleri, magħruf bħala Giovann tas-Sapun. Il-qtil ta’ dan in-negozjant kien seħħ fil-31 ta’ Ottubru ftit wara s-7:00 a.m qalb bini residenzjali fi Triq il-Ġifen. 

Minkejja li dak iż-żmien il-Pulizija kellhom xi ħjiel, l-investigaturi għal xi raġuni jew oħra ma kinux għamlu progress f’dan il-każ li baqa’ wieqaf għal dawn l-aħħar snin.

Intant il-ġurnal Times of Malta fl-aħħar sigħat irrapporta li Vince Muscat il-Koħħu, ir-raġel li ammetta l-involviment tiegħu fl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kif ukoll l-istess wieħed li ngħata proklama lest jiżvela dak kollu li jaf anke fuq dan il-qtil. 

Muscat lest ukoll jixhed dwar kif ġie miġjub l-isplussiv, kif ukoll il-mod kif il-bomba ġiet mqiegħda taħt is-seat tax-xufier fil-vettura tal-għamla Pajero ta’ Camilleri.

Madanakollu, sorsi qrib it-Times spjegaw li l-Koħħu allegatament għadu ma żvelax l-ismijiet tal-mandanti f’dan l-omiċidju. Bl-investigaturi qed jissuspettaw li l-mandanti mhuma ħadd ħlief l-aħwa tal-Maksar; Robert u Adrian Agius, l-aħwa li jinsabu mixlija bl-involviment tagħhom fiż-żewġ omiċidji ta’ Daphne Caruana Galizia u l-avukat Chricop.

Share With: