Raġel jitlef ħajtu wara li kien niżel it-taraġ u waqa’

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm  bżonn l-assistenza tagħha fi blokka f’Misraħ Dom Mawru Inguanez, l-Isla. 

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Amerikan ta’ 59 sena kien niżel it-taraġ, tfixkel u waqa’. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: