Raġel jaqa’ tliet sulari waqt li kien qiegħed iħott xi xogħol

Illum, għall-ħabta tad-09:15 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn  l-assistenza tagħha ġewwa maħżen fi Triq John Micheal Testa, Ħal Qormi.  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 50  sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, waqa’ madwar 3 metri għoli waqt li kien qed iħott xi xogħol.  

Tim mediku mar fuq il-post tal-inċident sabiex jassisti lir-raġel. Huwa ttieħed l-isptar Mater  Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.  

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Share With: