Pajjiżna jkompli fuq quddiem fil-proċess tat-tilqim

Fl-aħħar ħin id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne rrefera għal statistika ppubblikata li turi l-proċess tat-tilqim madwar diversi pajjiżna.

Skont din l-istatistika pajjiżna jinsab fuq quddiem nett meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra ras imb ras, b’rata ferm akbar ta’ persuni li qed jingħataw doża tal-vaċċin meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.

Fearne qal li hu kburi bl-isforz ta’ pajjiżna bħala nazzjon u ħeġġeġ lil dawk kollha li jirċievu l-istedina biex jilqgħu din l-istedina u jitlaqqmu.

Share With: