“Nispera li ma jkollniex esponenti tal-Oppożizzjoni u jitkellmu kontra t-tnaqqis fid-dewmien għad-divorzju”

Id-Deputata Parlamentari Rosianne Cutajar, fil-Parlament qalet li “nispera li ma jkollniex esponenti tal-Oppożizzjoni li jitkellmu kontra it-tnaqqis fid-dewmien għad-divorzju li qed tipproponi din il-liġi”.

Tenniet li “kwalunkwe kumment ta’ ħsara li jsir f’din il-kamra ma jkunx qed iweġġa’ lili jew lil sħabi imma jweġġa’ lin-nies li għaddejjin minn dawn il-weġgħat li ġġib magħha din is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli”.

Share With: