Mod innovattiv u sikur kif wieħed jista’ jgawdi Via Sagra illuminata ġewwa San Ġwann

Il-Kunsill Lokali San Ġwann fetħu għall-ewwel darba għall-pubbliku wirja llumintata f’forma ta’ “Drive-through” bl-isem ta’ IN LUMINE. Wirja bit-tema tar-Randan li wieħed jista’ jżur f’ambjent sikur ġewwa l-parkeġġ ta’ Misraħ Lourdes biswit il-Knisja ta’ San Ġwann, fil-kumdita` tal-karozza tiegħu. 

B’idea tal-Kunsillier Dominic Cassar u xogħol artistiku magħmul kollu bl-idejn, tal-artist Daniele Armeni flimkien mat-tim tiegħu magħmul minn bosta volontiera attivi fil-Parroċċa ta’ San Ġwann, wieħed jista’ jidħol fl-ispirtu tar-Randan b’mod differenti kif nafu l-wirjiet tradizzjonali u b’mod sikur, anke fid-dawl ta’ numru ta’ restrizzjonijiet prekawzjonarji mdaħħla riċentament minħabba l-COVID-19. 

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech, stqarr kemm hu kburi bil-proġett tal-ewwel xorta tieghu f’pajjiżna li qed isir f’foma ta drive-through, fejn wieħed b’mod sikur jista jmur fil-kumdita` tal-karozza tiegħu u jara dan ix-xogħol sabiħ li wettaq il-Kunsill Lokali. Is-Sindku rringrazzja lill-artisti u l-volonutiera kollha li setgħu jagħmlu dan possibli flimkien mal-membri kollha tal-Kunsill Lokali San Gwann. 

Il-Kappillan ta’ San Ġwann Patri Emmanuel Abela, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali San Ġwann, li fost inizjattivi oħra varji qed iżomm il-lokal ta’ San Ġwann ħaj u sabiħ. Irringrazzja lil min hadem fuqu u nsista li l-apprezzament ta’ dan ix-xogħol għandu jwassal mhux biss biex ingawdu l-kapaċitajiet artistiċi offruti b’din l-esperjenza, imma wkoll biex nieħdu xi ħaga minnha lura mill-aspett religjuż, billi niftakru fl-imħabba li Sidna Ġesù Kristu għandu għal kull wieħed u waħda minna.

Share With: