“Minn qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss tliet snin kellek tħallina ħabta u sabta”

“Minn qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss tliet snin kellek tħallina hekk ħabta u sabta.” Hekk kitbet il-fondazzjoni Puttinu Cares, hekk kif fis-sigħat li għaddew ġriet l-aħbar li Ramiro Mallia kien iż-żagħżugħ li miet traġikament wara li ntilef minn sensih kaġun ta’ ħruġ ta’ gass.

Il-messaġġ ta’ Puttinu Cares ikompli jgħid li kien xokk kbir għalihom li kienu jafuh wisq żgħir.

“Kont voluntier wisq qalbieni u dejjem lest tgħin f’kull maratona. Saħansitra kont għamilt għaqda tiegħek biex tkompli tgħin,” itemm jgħid il-messaġġ.

Share With: