Milan se jiddeċiedu jekk jiffirmawx lid-difensur ta’ Chelsea Fikayo Tomori bi ftehim permanenti

AC Milan se jiddeċiedu f’Mejju jekk jiffirmawx lid-difensur ta’ Chelsea, Fikayo Tomori, bi ftehim permanenti matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ingħaqad ma’ Milan b’self f’Jannar u kien player importanti għar-Rossoneri mill-wasla tiegħu fejn għamel 11-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Jidher li AC Milan huma kuntenti bil-wirjiet ta’ Tomori, filwaqt li huwa mifhum li Chelsea għanddhom dispjaċir li ħallewh jitlaq fix-xitwa.

AC Milan se jkunu jistgħu jiffirmaw lid-difensur ċentrali fuq bażi permanenti għal €28m dan is-sajf, u deċiżjoni finali mill-klabb se tittieħed f’Mejju.

L-internazzjonali Ingliż għamel 27 dehra mal-ewwel team ta’ Chelsea.

Share With: