“Mhux minnu li l-Parlament Ewropew laqa’ t-talba tal-EPP u l-PN biex isir dibattitu fuq Malta” – Alex Agius Saliba

“Mhux minnu li l-Parlament Ewropew laqa’ t-talba tal-EPP u l-Partit Nazzjonalista biex isir dibattitu fuq Malta.”

“Mhux minnu li l-Parlament Ewropew laqa’ t-talba tal-EPP u l-Partit Nazzjonalista biex isir dibattitu fuq Malta.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali.

Huwa tenna li kuntrarjament għal dak li qed jipprovaw jallegaw xi persuni, illum lanqas biss tlaqqgħet il-konferenza tal-Presidenti.

“Araw il-ħsara li qed tipprova ssir fuq pajjiżna,” żied jisħaq Agius Saliba. Huwa għamel referenza wkoll għal tweet li sar mill-President tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej (S&D) Iratxe Garcia Perez. Perez emfasizzat li ma kien hemm l-ebda konferenza tal-presidenti tal-Parlament Ewropew, allura ma setgħet tittieħed l-ebda deċiżjoni b’rabta mad-dibattitu dwar Malta.

Share With: