“Mhux faċli żżomm sod u tqum għall-okkażjoni” – Kapitlu 13 b’diska ġdida

Il-grupp lokali Kapitlu Tlettax fl-aħħar sigħat ippubblikaw id-diska l-ġdida tagħhom ‘Tweġġagħnix’. Fl-aħħar xhur Inewsmalta tkellmet ma’ dan il-grupp li enfasizza magħna li huma ma jagħmlux dan għall-popolarità jew għall-flus. Joseph, il-moħħ wara l-lirika saħaq magħna li l-investiment tagħhom biex jipproduċu xogħol aħjar dejjem jirrikjedi aktar spejjeż u dedikazzjoni biex ikomplu jwasslu l-messaġġ tagħhom.

Rigward din l-aktar diska riċenti, Joseph qalilna li ffokka fuq l-irġulija u dwar l-importanza li wieħed jieħu l-opportunità biex iqum għall-okkażjoni kif jgħid parti mill-korus “Wara kollox kont int stess li ġegħiltni nsir tal-ħadid”. B’dispjaċir ma naqasx milli jsemmi d-diffikultà li jsibu biex stazzjonijiet tar-radju lokali jgħinuhom iwasslu dawn il-messaġġi ta’ kuraġġ. Tenna jgħid li t-triq l-iebsa biex tidħol f’qalb is-semmiegħa tista’ twassal għal tentazzjoni biex tmur lura mill-kelma li tkun xerridt qabel, iżda din mhijiex parti minn dak li jemmnu fih Kapitlu 13 u li għalhekk bħala l-awtur iqis il-kelma qabel iħarbixa fuq il-karta.

Araw id-diska TWEĠĠAGĦNIX minn hawn taħt:

Share With: