Meta grupp ta’ rġiel fosthom pulizija li ma kinux xogħol attakkaw bar tal-lesbjani

Bħal lum, 31 ta’ Marzu 1979, grupp ta’ ħmistax-il persuna  attakkaw klijenti u ħaddiema li kienu f’bar tal-lesbjani f’San Francisco. Dawn il-persuni kienu qed jiċċelebaw bachelor party meta huma ma tħallewx jidħlu f’Peg’s Place minħabba li kienu xurbana. Ġara li xi wħud minn dawn l-irġiel sfurzaw lilhom infushom għal ġol-bar. Huma attakkaw lin-nies li kien hemm bil-bieb u anke sawwtu lil mara li kienet sid il-bar bi stikka tal-billiard. Meta l-irġiel ġew infumati li xi nisa kienu se jċemplu lill-Pulizija l-irġiel wieġbu li huma jagħmlu li jogħġobhom għax huma Pulizija.

Fil-ġlied li nqala’ waħda min-nisa attakkata għamlet għaxart ijiem l-isptar b’feriti f’rasha. Wieħed mill-irġiel li kien Pulizija kien instab ħati b’dan l-attakk iżda ma serva ebda sentenza ta’ ħabs, waqt li hu u pulizija oħra żammew l-impjieg tagħhom. Dan l-inċident kien fattur importanti biex kibret ir-rabja fil-komunità LGBTIQ.

Share With: