Mara taqa’ f’xaft f’residenza li tinsab taħt kostruzzjoni u tweġġa’ gravi

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien  hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Wirt Naturali, Baħar iċ-Ċagħaq. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 55 sena, weġġgħet wara li waqgħet ġo xaft  ta’ residenza li tinsab taħt kostruzzjoni. 

Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: