“Ma rridux inkunu parteċipi f’sistema ta’ tilqim imbagħbsa biex jiġu akkwistati l-voti” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech

“Ma rridux inkunu parteċipi f’sistema ta’ tilqim imbagħbsa biex jiġu akkwistati l-voti”. Hekk iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech fil-Parlament wara ruling tal-Ispeaker. Waqt li l-ispeaker iddikjara li ma kienx hemm ksur ta’ privileġġ mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizjoni, Bernard Grech f’intervent tiegħu biex iwieġeb għal dan qal li waqt li jirrispetta dak li ddeċieda l-Ispeaker qal li kien se jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker. Spjega li dan se jagħmlu għax dak li hu talab mhux dak li kien riferut għalih fir-ruling. Saħaq li hu kien qed jirreferi għall-konversazzjoni mad-Deputat Prim Ministru. Dr Bernard Grech ċaħad li xi deputat Nazzjonalista talab biex jinqabeż il-kju u hu evidenti li dan mhux minnu tant li ma nġiebet ebda prova inkluż l-allegati messaġġi li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li għandu fuq watsapp. Hu sfida lid-Deputat Prim Ministru biex jekk irid isemmi l-ismijiet tad-deputati Nazzjonalisti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara n-naħa tal-Oppożizzjoni ma jridux it-tilqima qabel imisshom għax ma jridux ikunu parteċipi f’sistema imbgħabsa biex ikunu akkwistati l-voti.

Share With: