“L-Oppożizzjoni ilha twissi dwar il-varjant … Jien ma nitkellimx fl-arja”

Il-kap tal-oppożizzjoni beda l-intervent tiegħu fil-parlament billi qal “dan id-dibattitu qiegħed isir kontra x-xewqa ta’ dan il-gvern”. Grech qal li dan il-virus qiegħed jolqot lil-Laburisti, lin-Nazzjonalisti, lil dawk li m’għandhomx partit u lil kulħadd.

Abela rrefera għal dak li qal aktar qabel il-Ministru Fearne fejn qal li ġieli “ninku lil xulxin” u qallu biex “Skużi jitkellem għalih għax jien niġi hawn biex naqdi dmiri b’mod serju”.

Grech qal li l-varjant smajna bih xahar qabel il-Prim Ministru qalilna ħafna affarijiet. Qal li dan jindika li mhuwiex jagħraf il-problema ma jistax jagħrafha u jsolviha.

Bernard Grech qal li bħala oppożizzjoni wissew dwar il-varjant u sabu min jiddiħak bihom. Huwa qal li bħala oppożizzjoni jemmnu li l-vaċċin huwa parti mis-soluzzjoni għal dan il-virus, imma mhux waħdu. 

Grech qal li rċieva mijiet ta’ messaġġi u tkellem dwar persuni li kitbu jgħidulu dwar il-problemi tagħhom. Huwa qabbel l-imġiba tal-awtoritajiet matul il-pandemija ma’ persuna li jista’ jitlef it-tarf ta’ subgħajh iż-żgħir minħabba d-diabete, iżda li jibqa’ jittratjeni u jispiċċa jitlef saqajh.

Grech qal ukoll li tajjeb li nkomplu nxerrdu t-tama, tajjeb “li mmur nara lil ommi minn wara l-perspex u ngħidilha li ftit ġranet oħra jgħaddi kollox, iżda dawn jafu l-verità”.

Share With: