L-Italja twaqqaf l-esportazzjoni tal-vaċċin tal-AstraZeneca lejn l-Awstralja

Il-gvern Taljan waqqaf l-esportazzjoni tal-vaċċin tal-AstraZeneca lejn l-Awstralja. Din id-deċiżjoni se tkun qiegħda taffettwa madwar 250,000 doża prodotti fil-faċilità tal-AstraZeneca fil-pajjiż.

L-Italja huwa l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qiegħed juża r-regoli li jippermettu li titwaqqaf l-esportazzjoni ta’ dożi jekk il-kumpanija tonqos milli tilħaq l-obbligazzjonijiet tagħha mal-UE.

L-Awstralja min-naħa tagħha qalet li “konsenja waħda” mhux se tkun qiegħda tħalli mpatt daqstant qawwi fil-proċess tat-tilqim. Minkejja dan hija talbet lill-Kummissjoni Ewropea; li qiegħed ikun irrapurtat li qiegħda tappoġġja din id-deċiżjoni, biex tirrevedi din id-deċiżjoni.

Share With: