L-istudenti tal-Higher jaqilbu kompletament għat-tagħlim online

L-amministrazzjoni tal-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary ħabbret li t-talba li saret b’mod uffiċjali mill-istudenti biex il-lezzjonijiet jaqilobu online sa tmiem it-tieni term, ġiet aċċettata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Mill-10 ta’ Marzu sat-30 ta’ Marzu, il-lezzjonijiet u tutorials kollha kemm għall-istudenti tal-ewwel, kif ukoll dawk fit-tieni sena, se jittellgħu online. 

B’reazzjoni għal din l-aħbar, l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) faħħret lill-istess studenti li, “ħadu pożizzjoni ċara u determinata biex jissalvagwardjaw saħħithom fi żmien bla preċedent li ninsabu fih tal-pandemija”. 

Il-UPE, filwaqt li qalet li b’dan il-mod l-istudenti tal-Higher se jkomplu bl-istudji tagħhom b’mod sigur, staqsiet jekk din is-sistema għandhiex tkun estiża għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha.

Share With: