“L-issues ta’ l-Oppożizzjoni huma issues bla sens”

 Jgħid dan it-tabib Silvio Grixti

Id-Deputat Laburista Silvio Grixti, fil-Parlament ididkjara li “l-issues tal-Oppożizzjoni huma kwistjnijiet bla sens.” Hu rrimarka li l-Oppożizzjoni moħħha biex tattakka. 

Hu qal li “aħna mmexxija minn Prim Ministru żagħżugħ, dinamiku u onest. Grupp li jiddeċiedi l-futur. Imma dawk li jiddeċiedu l-futur fil-PN huma nies li fil-passat ħadu deċiżjonijiet ħżiena. Għandhom nies bħall-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi li vvutaw bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl. Jien inweġġa’ meta nara lil dawn in-nies li huma għadhom qishom fil-gvern. Infakkarhom li l-poplu ma fdahomx. Il-poplu mhux se jafda lil min hu mmexxi mill-pinna tal-qerq u l-mibegħda.”

Share With: