L-intervent kirurġiku fuq qalb il-Prinċep Filippu meqjus suċċess

Id-Duka ta’ Edinburgh kien sottopost b’suċċess għal operazzjoni biex tkun ikkurata kundizzjoni f’qalbu. Dan kien ikkonfermat mill-Palazz ta’ Buckingham.

Il-Familja Rjali żiedet tgħid li d-duka se jibqa’ jinżamm l-isptar għal aktar kura u biex jerġa’ jieħu lura saħħtu fuq numru ta’ ġranet.

Il-Prinċep Filippu, li għandu 99 sena, ilu għal dawn l-aħħar 16-il jum l-isptar.

Huwa kien qed jirċievi kura għal infezzjoni, u nhar it-Tnejn li għadda ċċaqlaq għall-Isptar San Bartolomew f’Londra għal testijiet u osservazzjonijiet għall-kundizzjoni ta’ qalbu. L-intervent mediku sar nhar l-Erbgħa li għadda.

Share With: