“L-emendi fuq id-divorzju qed joħolqu diskriminazzjoni” – Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Bernard Grech fl-intervent tiegħu fil-Parlament dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Civili, qal li “r-realtà hi li sa llum għandna liġi li biex xi ħadd imur quddiem il-qorti biex jiddivorzja irid ikollu tliet kundizzjonijiet, li jkun ilu erba’ snin separat, li ma jkunx hemm possibilità ta’ rikonċiljazzjoni u ma jkunx hemm manteniment dovut. Illum għandna quddiemna proposta biex tneħħi l-erba’ snin u l-Oppożizzjoni se tkun qed taqbel. Din il-liġi qed tgħidilna li se jinżlu għal sitt xhur jew sena, skont jekk ikunux qablu l-partijiet. Għalfejn din id-diskriminazzjoni. Perjodu għandu jkun hemm wieħed u nistgħu nmorru għal dak ta’ sitt xhur. Permezz ta’ din id-diskriminazzjoni qed tagħti l-opportunità li dak li fallielu ż-żwieġ flok timxi ‘l quddiem lejn it-tieni opportunià, se tagħti għodda lil xi ħadd biex  juża dak il-perjodu għal avvanz tiegħu”.

Share With: