L-emenda fil-liġi tad-divorzju tgħaddi mill-fażi tad-diskussjoni

Il-Parlament approva mill-istadju tat-Tieni Qari l-emenda fil-liġi tad-divorzju li permezz tagħha se jitneħħa ż-żmien li trid tistenna koppja qabel takkwista x-xoljiment taż-żwieġ.

Sal-lum koppja trid tkun għamlet erba’ snin mill-aħħar ħamsa ma tgħix flimkien biex tingħata d-divorzju imma dan il-perjodu se jitneħħa.

Fi tmiem id-diskussjoni dwar din l-emenda l-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis sostna li dawn huma emendi żgħar imma li jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tan-nies.

Huwa irrikonoxxa li kull firda fil-familja ġġib magħha sitwazzjonijiet trawmatiċi, fosthom fuq it-tfal li jkunu jridu jaraw lill-ġenituri flimkien u jinħabbu, imma sostna li kulħadd għandu dritt għal opportunità ġdida.

Share With: