L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tirreġistra żieda ta’ 45% fl-ilmenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena

Matul l-aħħar sitt xhur tal-2020 l-ilmenti u t-talbiet għall-informazzjoni li rċeviet l-Awtorità żdiedu bi  45% u 34% rispettivament meta mqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2020. L-Awtorità irċeviet total ta’  106 ilment minn abbonati tat-telefonija, internet, televiżjoni u servizzi postali, li 92% minnhom  ingħalqu fi żmien 20 jum tax-xogħol. L-Awtorità rċeviet ukoll 543 talba għall-informazzjoni dwar  diversi kwistjonijiet relatati mas-settur regolat mill-Awtorità.

L-istatistika tal-ilmenti turi li l-kwalità tas-servizz tibqa’ l-aktar tip komuni ta’ ilmenti li tirċievi l Awtorità, bi ħsarat ikunu l-iktar ilment rapportat, bi 12-il każ. Minkejja dan, l-MCA tinnota b’mod  pożittiv li meta mqabbel mal-2019 in-numru ta’ ilmenti dwar il-kwalità tas-servizz li rċiviet matul l 2020 naqsu b’21%. Ilmenti oħra dwar il-kwalità tas-servizz kienu jinkludu Customer care (9), veloċità  tal-Internet (8), Mobile reception (6), installazzjoni (2), u kumpens (1). It-tieni l-iktar tip ta’ ilment li  irċeviet l-MCA kienu marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ kontijiet u tariffi, b’total ta’ 21 ilment irrappurtati. Fi  12 minn dawn il-każijiet, wara l-investigazzjonijiet meħtieġa, l-MCA ddeterminat li l-fornituri tas servizzi kienu meħtieġa jieħdu l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet  irrappurtati. L-MCA rreġistrat ukoll xi ftit ilmenti relatati ma’ abbonati li ltaqgħu ma’ xi diffikultajiet  waqt li temmew jew ibiddlu s-servizz/i tagħhom (6 każijiet).

L-MCA rreġistrat 41 ilment postali matul l-aħħar nofs tal-2020. L-MCA ġabet dawn il-każijiet għall attenzjoni tal-fornituri tas-servizz sabiex ikunu jistgħu jinvestigaw aktar il-kwistjonijiet imqajma u  jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni sussegwenti kif xieraq. 

Hekk kif l-konsumaturi jkomplu jiddependu fuq servizzi ta’ kwalità għolja, huma jistennew li jkollhom  aċċess faċli għall-metodi differenti ta’ kuntatt mal-fornitur tas-servizz tagħhom u li jiksbu rimedju fil pront meta jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet. Il-fornituri tas-servizzi qed jippruvaw jadottaw għar-realtà  tal-lum billi jipprovdu firxa ta ’servizzi ta’ appoġġ, li jvarjaw minn telefonija, chat, ħwienet u kuntatt  permezz tal-imejl. L-MCA tissorvelja l-ħin ta’ rispons tal-customer care ipprovdut fl-industrija  permezz ta’ numru ta’ telefonati lejn dawn il-linji tal-customer care tal-fornituri ta’ servizzi. L-indikaturi  ewlenin ta’ dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ flimkien ma’ statistika oħra dwar ilmenti u talbiet għall informazzjoni li irċeviet l-MCA huma aċċessibbli fir-rapport ippubblikat mill-MCA fuq il-websajt  tagħha u huma aċċessibbli minn hawn.

Share With: