L-anqas rata ta’ każi ġodda wara numru ta’ ġimgħat

In-numru tal-każi attivi f’Malta komplew jonqsu għal 2,479 wara li minn 2,661 swab test irriżultaw 90 persuna pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 212-il persuna li rkupraw mill-virus.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 150,897 doża tal-vaċċin, b’45,286 persuna jirċievu żewġ dożi.

Intant in-numru tal-vittmi tal-Covid-19 tela’ għal 375 wara li anzjan ta’ 76 sena u anzjana ta’ 63 sena mietu waqt li kienu pożittiva għall-virus fl-Isptar Mater Dei.

L-aħħar darba li kien hemm anqas każi reġistrati kien fil-5 ta’ Frar meta kienu ġew reġistrati 57 każ ġdid ta’ Covid-19.

Share With: