L-Air Malta ser tkompli tirrinunzja għall-ħlas ta’ prenotazzjoni mill-ġdid sal-aħħar ta’ Mejju

L-Air Malta se tkompli tirrinunzja għat-tariffi tal-ibbukkjar mill-ġdid sal- 31 ta’ Mejju 2021. Il-Linja tal-Ajru se tkompli tapplika wkoll it-tariffa mnaqqsa ta’ Eur 5 għall-bdil tal-isem. Termini u kundizzjonijiet oħra tal-biljetti, inkluż li l-ivvjaġġar irid jsir sal-31 ta’ Diċembru 2021, se jibqgħu l-istess. Dawn l-offerti japplikaw sa avviż ieħor u huma disponibbli fuq in-nollijiet kollha.

Il-Linja tal-Ajru qalet li matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida hija impenjata li tiffaċilita l-proċeduri tagħha u żżid is-serħan tal-moħħ għall-klijenti tagħha. Iktar minn qatt qabel, l-Air Malta temmen li l-flessibilità hija essenzjali biex tindirizza u timxi mal-iżviluppi kontinwi u l- limitazzjonijiet li qed tiffaċċja l-industrija tal-linji tal-ajru.

L-Air Malta tibqa’ impenjata li tkompli tipprovdi konnettività essenzjali għall-Gżejjer Maltin.

Klijenti li jixtiequ jibdlu l-biljetti tagħhom jistgħu jċemplu ċ-ċentru tat- telefonati tal-Air Malta fuq +356 21 662 211 jew iżuru l-Uffiċċju tal- Bejgħ tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Bidliet fil-biljetti maħruġa permezz tal-websajt tal-Linja tal-Ajru www.airmalta.com jistgħu jsiru onlajn filwaqt li klijenti li bbukjaw permezz ta’ aġent tal- ivvjaġġar online jew dawk tradizzjonali għandhom jikkuntattjaw lill- aġent tagħhom.

Share With: