Kienet f’faqar enormi, qabbduha t-triq tal-prostituzzjoni… Illum tappella dwar il-faqar moħbi

Minn Victor Vella

Id-dinja ta’ lllum il-faqar li jkunu fih xi familji mhux dejjem tarah. Ħafna drabi jinżamm bogħod minn għajnejn in-nies. Faċilment tara nies li taħseb li għaddejjin b’mod normali imma wara l-ħitan ta’ djarhom issib realtà oħra. Issib nies li llum qed jgħixu ħajja normali imma it-tfulija xejn ma kienet faċli anżi kienet iebsa ħafna. Bdejha fuq sieq ħażina. Forsi ma wiċċhom ikunu raw l-agħar vizzji. Daqu l-ġuħ u l-għaks. Illum il-mistħija llum jaf iżżommok milli tfittex l-għajnuna għall-faqar li tkun qed taffaċċja. Forsi tkun trid xogħol, jew għajnuna materjali.  Imma l-fatt li trid turi wiċċek u titlob lil xi ħadd jew li trid tmur turi minn xhiex għaddej, iżżomm lil ħafna milli jagħml l-pass. Ikunu jippreferu li jibqgħu fil-faqar, ibatu u jaraw kif jgħaddu ġurnata b’ġurnata. 

Fis-soċjetà tagħna imma ssib minn jara kif jagħmel u jipprova jfittex l-għajnuna. Imur għan volontieri li minn qalbhom u minn ħinhom, senza interess jaraw kif jgħinu. Għajnuna li f’ħafna każi tkun importanti biex jibqgħu għaddejjin u biex jerġgħu jibdew jibnu ħajjithom mill-ġdid.

Fl-aħħar jiem kienet omm, li għaddiet minn ħafna li qasmet l-esperjenza tal-ħajja iebsa. L-esperjenza tagħha turik li minkejja li tkun fil-qiegħ qatt m’għandek taqta qalbek. Trid tibqa’ tipprova titla’ lejn il-wiċċ. Forsi mhux dejjem jirnexxielek mill-ewwel. Imma tipprova llum u tipprova għada, u bi ftit għajnuna tasal ukoll. 

L-omm, waqt li tiddikjara li trid tibqa’ anonima u wieħed jifhem dan, tgħid li “grazzi tal-għajnuna. Sibtkom biex għentuni meta kelli bżonn. Irrid naqsam l-esperjenza tiegħi biex min hu bħali għaddej minn problema jersaq ‘l quddiem.” 

“Jien trabbejt waħdi. Mhux biss imma ħadt ħsieb ħuti li huma sitta. Meta kelli biss 12-il sena, ommi u missieri kellhom il-vizzju tad-drogi. Missieri miet b’overdose. Ommi ma kelliex dħul biex tgħid. Kellha tagħmal dak li ma tridx biex tiffinanzja l-vizzju tad-droga. Bdiet taħdem ta’ prostituta.

Meta bdejt nitfarfar, anki lili kienet bdiet tħajjarni naqbad din it-triq. Bdiet tibgħatni mal-irġiel tad-drogi. Meta kienet tmur hi kienet tħallina id-dar waħidna”.

Tkompli tgħid li “d-dar ma kinitx fi stat tajjeb. Kien hemm ħmieġ kbir. Kont tara siringi ma’ kullimkien.  Dawl ma kellniex għax kienu qatgħuhulna għax ma kinux tħallsu l-kontijiet.  Saqqijiet imqattgħin. Dawn kienu jkunu mal-art bil-molol ħerġin. Il-platti u ħasil ieħor kollox bl-idejn. Ikel dejjem kien problema. Kienu jtuna il-ġirien. Meta ma jasalx ikel kont indur lejn l-għelieqi li kien hemm fil-qrib u nara xi nsib. Kienet trobbija iebsa. Batejn ħafna. Ommi llum m’għadhiex magħna għax mietet ukoll b’overdose.”

Tisħaq li “ridt inwassal dan il-messaġġ biex hemm barra ikunu jaf x’hawn. Aħna kollha inbatu bid-dipressjoni. Nirringrazzja lil dawk kollha li għenuna.”

Share With: