“Kemm meta ftaħna kif ukoll meta għalaqna għamilna dan fl-interess tas-saħħa ta’ dawk involuti”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li d-deċiżjonijiet li ttieħdu dejjem saru fl-interess tas-saħħa ta’ dawk kollha involuti; inklużi l-istudenti, l-edukaturi u l-ġenituri fost persuni oħra f’dan is-settur. Il-Ministru qalet li minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna għandna nkunu kburin li rnexxielna niftħu l-iskejjel u li b’investiment ta’ aktar minn €30 miljun, “uliedna setgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom”.

Caruana tkellmet dwar kif l-edukaturi u dawk viċin l-istudenti ngħataw prijorità fil-proċess tat-tilqim u li dan kien ifisser li mal-15,000 persuna jingħataw din it-tilqima kontra l-Covid-19.

Tkellmet ukoll dwar l-avvanz li sar fuq id-diġitalizzazzjoni tat-tagħlim u l-investiment li sar biex it-tfal tagħna jkunu jistgħu jibqgħu jieħdu l-aħjar edukazzjoni anke f’dan iż-żmien iebes.

Share With: