Kelb tad-Dwana jwassal għal sejba ta’ aktar minn €28,000 fi flus kontanti mhux dikjarati

Ilbieraħ kelb tad-dwana mis-sezzjoni tal-K9 bl-isem ta’ Charlie, irnexxielu jinterċetta passiġġier Malti-Sirjan kien qed iġorr fuqu flus mhux dikjarati waqt li kien qiegħed jistenna titjira lejn l-Istanbul, it-Turkija.

Mit-tfittxija, li saret anke mill-uffiċjali tad-Dwana, irriżulta li l-Malti-Sirjan kellu fuqu ammont ta’ flus kontanti li jgħoddu għal €28,216.

Skont il-liġi passiġġiera li jkunu se jivvjaġġaw minn u lejn Malta ma jistgħux iġorru aktar minn €10,000 fi flus kontanti li ma jkunux dikjarati. Dan huwa applikabbli wkoll għall-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din kienet ħidma konġunta oħra mit-tim tad-dwana ta’ kontra l-Ħasil tal-Flus u dawk mis-sezzjoni tal-K9.

Share With: