Jirkupraw 302 persuni filwaqt li jiġu reġistrati 101 każ ġdid

In-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna kompla jonqos, hekk kif minn 2,789 swab tets li saru fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 101 każi ġodda, filwaqt li kien hemm 302 persuni li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi issa jammontaw għal 2,276.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġ anzjani, raġel ta’ 79 sena u mara ta’ 84 sena, li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li sal-bieraħ kienu amministrati 155,678 doża tal-vaċċin, b’46,140 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Share With: