Jinstabu 55 każ ta’ COVID-19… L-inqas numru ta’ każi mill-bidu tas-sena

Fl-aġġornament ta’ kuljum maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa, gl-aħħar 24 siegħa nstabu 55 każ ġdid ta’ COVID-19 minn 2,086 swab test li saru. Matul il-jum tal-bieraħ kienu ddikjarati mfejqa 286 persuna mill-imxija tal-vajrus.

Mil-lat ta’ vaċċinazzjoni, in-numru ta’ persuni li tlaqmu għal kontra l-COVID-19 issa tela’ għal 186,111 persuna, b’52,340 persuna minn dawn jieħdu t-tieni doża. It-total ta’ fatalitajiet kaġun tal-COVID-19 issa tela’ għal 390 persuna wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ persuni, raġel ta’ 78 sena u mara ta’ 83 sena.

Share With: