Jindarab gravi wara li baqa’ tiela’ bil-karozza fuq roundabout fil-Mellieħa

Żagħżugħ sofra xi ġrieħi wara li tard ilbieraħ għall-ħabta tal-10:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti ż-Żejtun, tilef il-kontroll tal-karozza VW Golf, u tela’ fuq ir-roundabout.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: