Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Raġel ta’ 53 sena residenti l-Imsida, għall-ħabta tal-9:45 a.m, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Anthony Mamo, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn VW T-Roc, misjuq minn mara ta’ 38 sena residenti Ħ’Attard, u mutur Honda SH125, misjuq mir-raġel.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: