Iweġġa’ gravi wara li jitlef il-kontroll tal-mutur u jaqa’

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.50 a.m. fi Triq Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard irriżulta li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: