Isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7.30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Clarence f’Tal-Pietà.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn e-kick scooter li kien qed jinstaq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà u Ford Transit Connect li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Birkirkara.

Ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: