Isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Raġel sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’Dawret San Pawl f’San Pawl il-Baħar direzzjoni lejn ix-Xemxija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur WK Bikes misjuq minn raġel ta’ 39 sena li jgħix Birkirkara u karozza Toyota misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Imġarr. Fuq il-mutur kien hemm passiġġiera ta’ 41 sena residenti Tas-Sliema li fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Tim mediku u ambulanza ntalbu jassistu lir-raġel ta’ 39 sena sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: