Imbassra żieda fir-rata ta’ inflazzjoni fil-pajjiżi taż-żona Ewro

Ir-rata ta’ inflazzjoni annwali tal-pajjiżi fiż-żona Ewro hija mistennija li tkun ta’ 1.3% għax-xahar ta’ Marzu, żieda ta’ 0.9% meta mqabbla max-xahar preċedenti.

Il-bidliet fil-prezzijiet ta’ oġġetti u servizzi tal-konsumatur, ħarġet minn statistika mbassra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, Eurostat.

Din l-istima turi li l-akbar żieda ta’ inflazzjoni mistennija tkun fl-enerġija b’4.3%, segwita minn servizzi b’1.3%. Warajhom hemm l-ikel, l-alkohol u t-tabakk b’1.1% u prodotti industrijali mhux tal-enerġija b’żieda ta’ 0.3%. 

Malta hija parti miż-żona Ewro u magħha hemm il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, iċ-Ċipru, il-Latvia, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugal, Slovenja, Slovakkja u l-Fillandja.

Share With: