Il-qerda tal-Covid-19 … it-tilqima waħidha mhux biżżejjed

Minn Victor Vella

Ħafna minnkom qegħdin tistaqsu fuq meta se jinqered darba għal dejjem dan il-virus qattiel. Virus li fl-aħħar jiem f’għadd kbir ta’ pajjiżi madwar id-dinja bdew jesperjenzaw żieda fil-każi u fl-imwiet. F’pajjiżna ukoll qed naraw esperjenzajna żieda fl-ammont ta’ nies li qed jiddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Hu fatt magħruf li kuntrarjament għal qabel f’din it-taqsima llum hemm persuna ta’ etajiet pjuttost żgħar.  

Għalkemm it-tilqima qed titqies bħala li hi arma mill-aktar importanti, fl-aħħar sigħat, saret dikjarazzjonijiet  mill-Unjoni Ewropea li fiha ingħad b’mod ċar li t-tilqima mhix se twassal għal qerda ta’ dan il-virus.

Kienet il-Kummissarju għas-Saħħa, Stella Kuriakides, li waqt li indirizzat il-Kumitat tar-Reġjuni iddikjarat bl-aktar mod ċar li minkejja li hawn it-tilqim xorta waħda se jkun hawnm bżonn li jsiru testijiet u ‘contact tracing’. Saħqet li t-tilqima mhix se teqred il-virus.

Tenniet li “se jibqa’ xorta waħda jkun hemm il-bżonn ta’ monitoraġġ biex nirrispondu għal din is-sitwazzjoni ta’ epidemija mill-viċin. 

Enfasizzat li t-testijiet huma importanti b’mod partikolari meta l-pajjiżi jibdew jiftħu  wara l-lockdowns li tħabbru. Hi semmiet kif l-Unjoni Ewropea qed tgħin lill-pajjiżi jixtru it-testijiet.

Spjegat li inxtraw aktar minn 20 miljun antigen test u dawn se jkunu għand il-pajjiżi Ewropej f’April. Dawn inxtraw bi spiża ta’ €100 miljun.

Kyriakides saħqet li fl-Unjoni Ewropea ġew reġistrati 24,000 każi tal-varjant tar-Renju Unit, u dan qed jagħmel dan il-varjent bħala l-aktar dominanti.

Share With: