“Il-qafas istituzzjonali ta’ pajjiżna mar ‘il quddiem bil-bosta minħabba l-ħidma tal-Gvern”

Il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-Covid-19, Owen Bonniċi iddikjara li l-qafas istituzzjonali ta’ pajjiżna mar ‘l quddiem bil-bosta minħabba l-ħidma tal-Gvern.
Semma’ li “fi żmien gvern Nazzjonalista kien hemm il-Kap tal-Pulizija u l-kap tas-servizz sigriet, ġew indizjati minn Maġistrat fuq allegati reati sesswali u l-avukat ġenerali ħareġ ordni biex ma jittiħdux passi. Il-Ministru ta’ dak iż-żmien kien Tonio Borg u sal-lum għadu jagħti pariri lill-Partit Nazzjonalista u kien ġie nominat fuq il-Konvenzjoni tal-President għan-nom tal-Kap tal-Oppożizzjoni u għadu jagħti l-pariri”.
Tenna li “jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni u jgħid li se jagħti maħfra lil dak u lil ieħor, u jidher li lanqas huma ma qablu miegħu tant li fil-ħarġa ta’ llum tan-Nazzjoni m’hemm xejn.”

Share With: