Il-President iżur Aurobindo Pharma Malta

L-iżvilupp ta’ mediċini ġodda flimkien ma’ ttestjar bir-reqqa huma kruċjali biex jassiguraw konfidenza fil-pazjenti li jkollhom bżonn jużaw dawn il-mediċini.

Il-President stqarr dan waqt li żar il-kumpanija farmaċewtika Aurobindo Pharma Malta, li timpjega magħha ’il fuq minn 170 impjegat.

Fid-diskors tiegħu, il-President fisser kif l-investiment kontinwu fl-infrastruttura lokali, speċjalment fir-rigward ta’ mediċina għall-kanċer, huwa sinjal tas-suċċess tal-kumpanija u d-determinazzjoni li l-kumpanija għandha biex tkompli tkun fost l-aqwa fid-dinja.

Il-President spjega kif is-sena 2020 u l-ewwel kwart ta’ din is-sena, ġabu magħhom sfidi kontinwi madwar id-dinja, inkluż fis-settur tal-farmaċewtika li kellu wkoll jadatta għal realtajiet ġodda.

Hawnhekk esprima sodisfazzjon għal koperazzjoni bejn kumpaniji f’dan il-qasam biex żviluppaw it-tilqim kontra l-Covid-19 li jkunu effettivi.

Il-President enfasizza li dawn it-tilqim għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċittadini kollha madwar id-dinja.

Share With: