Il-PM Robert Abela jitlob lill-Kummissarju jinvestiga l-allegazzjonijiet dwar Macbridge

Il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li ħarġu lbieraħ minn xhieda fil-Qorti dwar il-kumpanija Macbridge.

Fl-ittra l-PM staqsa lill-Kummissarju jekk dawn l-allegazzjonijiet humiex diġà qed ikunu investigati u jekk humiex suġġett għal inkjesta Maġisterjali. Jekk l-allegazzjonijiet għadhom mhumiex qegħdin jiġu investigati, l-PM talab lill-Kummissarju biex tinbeda investigazzjoni.

Share With: