Il-“Passaport tal-Covid” … tama li jseħħ minkejja li l-WHO ma qablitx

Minn Victor Vella

“Konvinti li minkejja l-oġġezzjonijiet tal-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) il-passaport tal-Covid se jkun qed isir xorta waħda. Dan hu passaport li permezz tiegħu meta wieħed jiġi biex isiefer ma jkollux għalfejn joqgħod kwarantina u lanqas se jkollu għalfejn jagħmel it-testijiet għal virus tal-Covid19. Il-mod kif kellmet il-WHO, li qalet li hi mhix tal-fehma li dan il-passaport isir fil-mument, kien diżappuntanti. Id-dikjarazzjoni tal-WHO qajmet tħassib fost is-settur turistiku anki f’pajjiżna. Nista’ nikkonferma li l-ħidma b’rabta ma’ dan il-passaport issa ilha għaddejja u l-istennija hi li l-probabbiltà hi li fil-bidu tas-sajf ikollna dan il-passaport. Min hu midħla tas-settur turistiku jaf li din l-industrija ma’ tista’ tibqa’ wieqfa. Din mhux qalgħet daqqa biss. Din waqfet. Anki f’pajjiżna. Dan ma jistax itul. Ma’ l-industrija ġew affetwati ħafna oqsma oħra inkuż tal-avjazzjoni. Qegħdin nitkellmu fuq xhur tas-sajf li diġa jidher li se jkunu diffiċli. Hemm l-inċertezza fost in-nies u d-domanda għas-safar mhux faċli tiġi lura. B’passaport għal dan, għandu jkun hemm akar fiduċja”.

Dan sostnieh ma’ Inewsmalta esponent ewlieni fil-qasam turistiku, hekk kif fost l-industrija turistika beda jiġi espress id-diżappunt li l-WHO mhux favorevoli għal passapor tal-Covid19 għall-ivvjaġġar. Iddikjara li t-tama hi li l-passaport se jsir u li dan isir sal-bidu tas-sajf. Ta’ min jgħid li l-Kapijiet tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, fl-aħħar jiem qablu li jkunu introdotti passaporti li jindikaw li persuna li se tkun qiegħda tivvjaġġa ħadet itt-tilqima għal kontra l-imxija tal-COVID-19. Jista’ jagħti l-każ li dawn il-passaporti jkunu introdotti sas-sajf li ġej, bil-għan li r-rota ekonomika li joffri t-turiżmu terġa’ tibda ddur bil-mod. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara pressjoni li għamlu l-pajjiżi Ewropej li jinsabu fin-Nofsinhar tal-mappa Ewropea. Fost il-pajjiżi li oġġezzjonaw dawn il-passporti hemm Franza u l-Belġju li wrew ix-xettiċiżmu tagħhom dwar vjaġġar bejn pajjiż u ieħor. Qed jingħad li potenzjalment jiddaħħal fis-sajf li ġej biex terġa’ tibda ddur r-rota ekonomika li joffri t-turiżmu.

L-esponent li tkellem ma’ Inewsmalta qalilna li “l-blokk Ewropew u naħseb li kienet deċiżjoni għaqlija, iddeċieda li jiftaħ mill-ġdid l-industrija turistika. Mad-deċiżjoni li jsir dan il-passaport, tkellem immedjatament Hans Kluge, id-Direttur Reġjonali tal-WHO fl-Ewropa u wera li ma jaqbilx”.
Filfatt hu ddikjara li “fil-mument aħna ma ninkoraġixxu li l-fatt li tieħu it-tilqima għandu jiddetermina jekk issifirx jew le.”

L-industrija turistika ġiet fix-xejn

L-istess esponent qalilna li “l-industrija ma tiflaħx titlef sajf ieħor. Ħares lejn iż-żoni turistiċi f’Malta. Mur Buġibba, San Ġiljan, Tas-Sliema, u anke l-Belt u tarahom vojt. Baħħ. Jaqbdek il-biki. Jekk inħarsu barra minn xtutna naraw sitwazzjoni agħar. Fil-Portugal li żoni fih huma magħrufa mat-turisti, se jkollha terz tal-lukandi li fis-sajf qed jippjanaw ma jifħux. Il-Kroazja qed tirrapport sajf agħar mis-sena li għaddiet. Qed tgħid il-bookings għas-sajf huma ineżistenti.”
Jisħaq li “dak li hu pożititv hu l-fatt li kif in-nies se jaraw li jisgħu jsiefru b’ċertu kumdita, huma għadhom il-flus li warrbu biex jagħmlu dan. Indikatur ċar li dan se jseħħ hu l-fat li kif il-Gvern Ġermaniż neħħa ir-restrizzjonijiet fuq Mallorca, milli ewwel kien hemm domanda għal tiftix ta’ lukandi u vaganzi f’dan il-pajjiż. F’dan is-sajf mhux qed nistennew mirakli. Li nistennew li r-rota tibda ddur. Hu fatt li l-qasam tal-avjazzjoni mhux se jiġi f’tiegħu qabel is-sena 2023”, sostna dan l-esponent.

Share With: