Il-pandemija tkompli tħalli effett fuq in-numru ta’ turisti

In-numru totali ta’ turisti f’pajjiżna f’Jannar ta’ din is-sena kien stmat li kien ta’ 13,806, tnaqqis ta’ 90.8% meta mqabbel max-xahar korrispondenti fl-2020. Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu interpretati fl-isfond tal-pandemija preżenti tal-Covid-19.

Dan irriżulta minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fejn qalet li matul Jannar 2021, total ta’ 11,536 turisti ġew Malta għal skopijiet ta’ vaganza, segwiti minn 1,553 turisti li ġew għal skopijiet ta’ negozju.

L-istatistika turi li l-biċċa l-kbira tat-turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena (50.9%), segwiti minn dawk li għandhom bejn il-45 sena u l-64 sena (22.3%).

Is-swieq ewlenin kienu Franza u l-Italja, b’sehem konġunt ta’ 47.3% tat-total ta’ turisti.

In-nefqa totali tat-turisti kienet stmata ta’ €11.7 miljun, tnaqqis ta’ 87.6% fuq ix-xahar korrispondenti fl-2020. 

Share With: